Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2009 – Srinivasan vs L-Ombudsman Ewropew
(Kawża C‑580/08 P)
“Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat – Ombudsman Ewropew – Deċiżjoni li ma ttiħidx azzjoni fir-rigward ta’ ilment fuq amministrazzjoni ħażina – Rikors għal annullament – Ċaħda minħabba inammissibbiltà u nuqqas ta’ ġurisprudenza manifesta – Kontestazzjoni”
1. Appell – Aggravji – Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza li ċaħad rikors għal annullament bħala manifestament inammissibbli – Aggravji invokati insostenn tal-appell li jikkonċernaw kwistjonijiet ta’ mertu – Aggravji manifestament infondati (Artikolu 225 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 119) (ara l-punti 13-18, 22-27, 29-31)
2. Proċedura – Deċiżjoni meħuda permezz ta’ digriet motivat – Kundizzjonijiet – Rikors manifestament inammissibbli jew manifestament infondat fid-dritt – Digriet mogħti mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali u mingħajr il-ħatra ta’ Mħallef bħala Avukat Ġenerali – Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 2(2), 18, 19 u 111) (ara l-punti 33-36)
3. Appell – Aggravji – Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà manifesta (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 112(1)(ċ) u 119) (ara l-punti 40-43)
Suġġett
Appell ippreżentat mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla), tat-3 ta’ Novembru 2008, Srinivasan vs Ombudsman (T-196/08) li bih il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ombudsman li ma ttiħidx azzjoni fir-rigward ta’ ilment tar-rikorrent intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma trattatx b’mod xieraq l-ilment tiegħu dwar l-allegat ksur, mill-awtoritajiet Irlandiżi, tad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, tal-10 ta’ Settembru 1984, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar reklamar qarrieqi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 1 p. 227)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
D. Srinivasan għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy