1.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/39
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (it-Tieni Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 – Hambura vs Il-Parlament
(Kawża F-4/08) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal temporanju - Reklutaġġ - Proċedura ta’ għażla - Nuqqas ta’ ammissjoni - Avviż ta’ reklutaġġ PE/95/S - Nuqqas ta’ użu tal-formola ta’ applikazzjoni li tinsab fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea - Ammissibbiltà - Proċedura amministrattiva minn qabel)
2009/C 102/57
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Johannes Hambura (Soultzbach, Franza) (rappreżentant: S. Hambura, avukat)
Konvenut: Il-Parlament tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Seyr u K. Zejdová, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tad-direttorat ġenerali tal-persunal tal-5 ta’ Diċembru 2007 li ma jaċċettax il-kanditatura tar-rikorrent, l-annullament tal-kompetizzjoni PE/95/S, qasam: mediċina u l-bidu mill-ġdid tal-proċedura tal-kompetizzjoni billi jippermetti l-użu ta’ formola elettronika ta’ applikazzjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
S. Hambura huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 92, 12.4.2008, p. 50.
Full & Egal Universal Law Academy