5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/35
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Behmer vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża F-16/08) (1)
(Uffiċjali - Proċedura ta’ attribuzzjoni tal-punti ta’ mertu fil-Parlament Ewropew - Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni - Motivazzjoni mogħtija matul il-kawża)
2009/C 297/52
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Joachim Behmer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avocats)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u R. Ignătescu, aġenti)
Suġġett
Talba għall-anullament tad-deċiżjoni li tattribwixxi lir-rikorrent żewġ punti ta’ mertu għas-snin 2004 u 2006
Dispożittiv
(1)
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn dan jirrigwarda d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-4 ta’ Ġunju 2007, dwar attribuzzjoni ta’ żewġ punti ta’ mertu għas-sena 2004 lil J. Behmer
(2)
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tas-26 ta’ Ġunju 2007, dwar attribuzzjoni ta’ żewġ punti ta’ mertu għas-sena 2006 lil J.Behmer hija annullata.
(3)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn J. Behmer.
(4)
J. Behmer huwa kkundannat għal nofs l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 116, 09.05.2008, p. 32.
Full & Egal Universal Law Academy