11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/41
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Lulju 2010 — Wybranowski vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-17/08) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Evalwazzjoni tal-eżami orali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/60/06 - Motivazzjoni - Kompetenzi tal-Bord tal-Għażla - Evalwazzjoni tal-kandidati)
2010/C 246/70
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Andrzej Wybranowski (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: Z. Wybranowski, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
L-emenda jew l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/60/06 AD5 li r-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni msemmija wara r-riżultati tal-eżami orali.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
A. Wybranowski huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 158, 21.06.2008, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy