30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/73
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2009 — Aparicio, Simon et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda F-20/08, F-34/08 u F-75/08) (1)
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Proċedura tal-għażla CAST 27/Relex - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-bażi ta’ data - Newtralizzazzjoni ta’ mistoqsijiet - Test tar-raġunament verbali u numeriku - Trattament ugwali)
2010/C 24/135
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jorge Aparicio (Antiguo Cuscatlan, Salvador) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati) (Kawża F-20/08)
u
Anne Simon, (Nouackhott, il-Mawritanja) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati) (Kawża F-34/08)
u
Jorge Aparicio, (Antiguo Cuscatlan, Salvador) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati) (Kawża F-75/08)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma jitniżżlux l-ismijiet tar-rikorrenti fil-lista ta’ dawk li għaddew u fil-bażi ta’ data tal-proċedura ta’ reklutaġġ CAST 27/Relex.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikorsi F-20/08, F-34/08 u F-75/08 huma miċħuda
(2)
J. Aparicio u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness taħt in-numri 1 sa 18 huma kkundannati għall-ispejjeż fil-Kawża F-20/08 u għal dsatax-il parti minn sitta u erbgħin parti tal-ispejjeż fil-Kawża F-75/08. A. Simon hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża F-34/08 u għal parti waħda minn sitta u erbgħin parti tal-ispejjeż fil-Kawża F-75/08. Ir-rikorrenti li isimhom jinsab fl-anness taħt in-numri 19 sa 40 u 42 sa 46 huma kkundannati għal sitta u għoxrin parti minn sitta u erbgħin parti tal-ispejjeż fil-Kawża F-75/08.
(1) F-20/08: ĠU C 92, 12.4.2008, p. 52
F-34/08: ĠU C 116, 9.5.2008, p. 36
F-75/08: ĠU C 285, 8.11.2008, p. 56
Full & Egal Universal Law Academy