5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/35
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2009 — V vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-33/08) (1)
(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Rifjut ta’ impjieg minħabba inkapaċità fiżika meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funżjonijiet - Regolarità tal-proċedura - Regolarità tal-vista medika għar-reklutaġġ - Atti preparatorji)
2009/C 297/54
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: V (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentanti: C. Ronzi, A. Grauling u É. Boigelot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Servizz Pubbliku — Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Mejju 2007, li tinforma lir-rikorrenti li hija ma tissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ kapaċità fiżika meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ funzjonijiet u talba għal kumpens għad-dannu morali u materjali.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta’ V.
(3)
V għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 158, 21.06.2008, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy