21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/63
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2009 — Lebedef vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-39/08) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave annwali - Attivitajiet ta’ rappreżentant tal-persunal - Sekondar part-time għall-finijiet ta’ rappreżentanza sindakali - Attivitajiet ta’ rappreżentanza statutorja - Assenza mhux awtorizzata - Tnaqqis mid-dritt għal leave annwali - Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal)
2009/C 282/119
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Annullament ta’ diversi deċiżjonijiet dwar it-tnaqqis ta’ 32 ġurnata mid-dritt għal-leave tar-rikorrent għas-sena 2007.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 158 21.06.2008, p. 27.
Full & Egal Universal Law Academy