29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/58
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2010 — Bartha vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-50/08) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Rappreżentanza bilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel fil-Bordijiet tal-Għażla ta’ kompetizzjoni)
2011/C 30/109
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrent: Gábor Bartha (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Homoki, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, V. Bottka u A. Sipos, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/56/06.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Id-deċiżjoni tat-23 ta’ Jannar 2008, li biha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/56/06 ċaħdet it-talba ta’ G. Bartha sabiex isir eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-imsemmi Bord tal-Għażla li ċaħdet l-applikazzjoni tiegħu, hija annullata.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 15.08.2008, p. 73
Full & Egal Universal Law Academy