4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/36
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Frar 2009 — Stols vs Il-Kunsill
(Kawża F-51/08) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2007 - Eżami komparattiv tal-merti - Żball manifest ta' evalwazzjoni)
(2009/C 82/63)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Willem Stols (Halsteren, l-Olanda) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Balta, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AST 11 fil-proċedura ta' promozzjoni 2007.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Id-deċiżjonijiet tas-16 ta' Lulju 2007 u tal-5 ta' Frar 2008 li permezz tagħhom il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrifjuta li jippromwovi lil W. Stols fil-grad AST 11 fil-proċedura ta' promozzjoni 2007 huma annullati.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 183, 19.7.08, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy