4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/43
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Stols vs Il-Kunsill
(Kawża F-51/08 RENV) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rinviju lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2007 - Eżami komparattiv tal-merti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Assenza - Motivi tad-deċiżjoni - Motiv supererogatorju - Motiv ineffettiv)
2012/C 32/84
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Willem Stols (Halsteren, il-Pajjizi Baxxi) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej (rappreżentant: M. Bauer, aġent)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AST 11 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2007.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ W. Stols huwa miċħud.
(2)
W. Stols għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża F-51/08.
(3)
W. Stols u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom sostnuti fil-Kawża T-175/09 P u f’din il-kawża.
(1) ĠU C 183, 19.7.2008, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy