28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/56
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (qorti plenarja) tal-5 ta’ Mejju 2010 — Bouillez et vs Il-Kunsill
(Kawża F-53/08) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2007 - Interess ġuridiku - Deċiżjoni ta’ promozzjoni - Lista ta’ uffiċjali promossi - Eżami komparattiv tal-merti - Kriterju tal-livell tar-responsabbilitajiet eżerċitati - Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ promozzjoni - Bilanċ ta’ interessi)
2010/C 234/102
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vincent Bouillez (Overijse, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Partijiet intervenjenti: Eliza Niniou u Maria-Béatrice Postiglione Branco, li jgħixu f’Schaerbeek (il-Belġju) u f’Kraainem (il-Belġju) rispettivament, (rappreżentanti: inizjalment irrapreżentati minn T. Bontinck u S. Woog, sussegwentement minn T. Bontinck, u S. Greco, avukati)
u
Maria De Jesus Cabrita u Marie-France Liegard, uffiċjali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jgħixu fi Brussell, (il-Belġju), (rappreżentanti: inizjalment minn N. Lhoëst, sussegwentement minn N. Lhoëst u L. Delhaye, avukati)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma jiġux promossi għall-grad AST 7 matul il-proċedura ta’ promozzjoni 2007.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrifjuta li jippromwovi lil V. Bouillez, lil K. Van Neyghem u lil I. Wagner-Leclercq għall-grad ta’ AST 7 matul il-proċedura ta’ promozzjoni 2007 huma annullati.
(2)
Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors ta’ V. Bouillez, K. Van Neyghem u I. Wagner-Leclercq huwa miċħud.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(4)
Il-partijiet intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 183, 19.07.2008, p. 35
Full & Egal Universal Law Academy