30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/74
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009 — De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment
(Kawża F-55/08) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjal tal-Bank Ewropew tal-Investiment - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Assigurazzjoni tal-mard - Ħlas lura ta’ spejjeż mediċi - Fastidju psikoloġiku - Obbligu ta’ premura - Rikors għad-danni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Ammissibbiltà)
2010/C 24/136
Lingwa tal-kawża:It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Nuvoli u F. Martin, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament parzjali ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell dwar l-evalwazzjoni annwali tar-rikorrent għas-sena 2006, u min-naħa l-oħra, il-konstatazzjoni tal-fatt li r-rikorrent huwa vittma ta’ fastidju psikoloġiku u l-kundanna tal-konvenut sabiex iwaqqaf l-attivitajiet ta’ fastidju u jikkumpensa d-dannu morali u materjali subit.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 15.08.2008 p. 73
Full & Egal Universal Law Academy