30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/74
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 — N vs Il-Parlament.
(Kawża F-71/08) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Iffissar ta’ għanijiet - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ammissibbiltà - Miżura li ma tikkawżax preġudizzju)
2010/C 24/137
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: N (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É Boigelot, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová, R. Ignătescu u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu bejn is-16 ta’ Awwissu 2006 u l-31 ta’ Diċembru 2006.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tat-12 ta’ Settembru 2007, li tadotta r-rapport ta’ evalwazzjoni definittiv ta’ N għall-perijodu bejn is-16 ta’ Awwissu 2006 u l-31 ta’ Diċembru 2006 hija annullata.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 272, 25.10.2008, p. 51
Full & Egal Universal Law Academy