15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/36
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-77/08) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi - Esklużjoni ta’ kandidati wara r-riżultati miksuba fit-testijiet ta’ aċċess - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra - Nuqqas ta’ tressiq ta’ lment - Inammissibbiltà tar-rikors)
2011/C 13/68
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Isabel Vicente Carbajosa et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjonijiet individwali tal-EPSO li r-rikorrenti ma jiġux permessi jagħmlu l-eżamijiet tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 rispettivament.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja, intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 285, 08.11.2008, p. 57.
Full & Egal Universal Law Academy