27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/49
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ April 2011 — Nicole Clarke et vs UASI
(Kawża F-82/08) (1)
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Klawżola li tipprovdi għat-terminazzjoni ta’ kuntratt fil-każ fejn il-membru tal-persunal ma jkunx inkluż fil-lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjonijiet ġenerali OHIM/AD/02/07 u OHIM/AST/02/07 - Att li jikkawża preġudizzju - Prinċipju ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratti in bona fide - Dmir ta’ premura - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Rekwiżiti lingwistiċi - Inkompetenza tal-EPSO - Direttiva 1999/70/KE - Xogħol għal żmien determinat)
2011/C 252/103
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nicole Clarke et (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero, aġent, assistit minn D. Waelbroeck, avukat)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tal-klawżola tal-kuntratti tar-rikorrenti li tipprovdi x-xoljiment awtomatiku fil-każ fejn ir-rikorrenti ma jkunux inklużi f’lista ta’ riżerva tal-ewwel kompetizzjoni ġenerali organizzata għall-funzjonijiet tagħhom. Min-naħa l-oħra, id-dikjarazzjoni li l-kompetizzjonijiet OHMI/AD/02/07 u OHMI/AST/02/02 ma jipproduċux effetti fuq il-kuntratti tar-rikorrenti, jew l-annullament ta’ dawn il-kompetizzjonijiet. Barra minn hekk, li l-UASI jiġi kkundannat jagħmel tajjeb għad-dannu morali kkawżat lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tad-Direttur tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-19 ta’ Diċembru 2007, u d-deċiżjoni tal-UASI, tas-7 ta’ Marzu 2008, sa fejn din l-aħħar deċiżjoni ċaħdet it-talbiet rispettivi ta’ N. Clarke, E. Papathanasiou u M. Periañez-González intiżi li l-klawżola ta’ xoljiment inkluża fil-kuntratt tagħhom ta’ membru tal-persunal temporanju ma tkunx applikata fir-rigward tal-kompetizzjonijiet OHIM/AD/02/07 u OHIM/AST/02/07, huma annullati.
(2)
L-UASI huwa kkundannat iħallas lil kull waħda mir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 2 000 bħala danni.
(1) ĠU C 19, 24.01.2009, p. 38.
Full & Egal Universal Law Academy