15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/36
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Cerafogli vs Il-Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża F-84/08) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Rikors għad-danni intiż għall-kumpens tad-dannu illi jirriżulta direttament mill-allegata illegalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-regoli applikabbli għall-persunal - Nuqqas ta’ kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Inammissibbiltà - Eżenzjoni mis-servizz minħabba rappreżentanza tal-persunal - Nuqqas ta’ adattament tax-xogħol - Żball)
2011/C 13/69
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Malfrère u N. Urban, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Il-kundanna tal-BĊE għall-ħlas tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba diskriminazzjoni marbuta mal-attività sindakali tagħha.
Dispożittiv
(1)
Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa kkundannat iħallas lil M. C. Cerafogli s-somma ta’ EUR 5 000.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa kkundannat iħallas, minbarra l-ispejjeż tiegħu, terz tal-ispejjeż sostnuti minn M. C. Cerafogli.
(4)
M. C. Cerafogli għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 327, 20.12.2008, p. 43
Full & Egal Universal Law Academy