30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/75
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009 — Voslamber vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-86/08) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Skema konġunta għall-assigurazzjoni kontra l-mard - Konjuġi ta’ ex uffiċjal - Kompetenza limitata - Artikolu 13 tar-Regolament dwar il-kopertura tar-riskji marbuta mal-mard)
2010/C 24/139
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Dietrich Voslamber (Freiburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Thielen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Lulju 2008, li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal kopertura primarja tal-konjuġi tiegħu taħt l-assigurazzjoni kontra l-mard skont l-Iskema konġunta għall-assigurazzjoni kontra l-mard tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
It-talbiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej imressqa skont l-Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura huma miċħuda.
(3)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, żewġ terzi mill-ispejjeż ta’ D. Voslamber.
(4)
D. Voslamber għandu jbati terz mill-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 327, 20.12.2008, p. 43
Full & Egal Universal Law Academy