29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/59
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Monique Vandeuren vs Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)
(Kawża F-88/08) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ - Membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Tkeċċija - Rekwiżit ta’ raġuni valida - Kanċellament tal-pożizzjoni - Dmir ta’ premura - Assenjazzjoni mill-ġdid)
2011/C 30/111
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Monique Vandeuren (Pino Torinese, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment N. Lhoest, avukat, sussegwentement N. Lhoest u L. Delhaye, avukati)
Konvenuta: Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (rappreżentanti: T. Ciccarone, aġent, assistit minn L. Levi, avukat)
Suġġett
Servizz pubbliku — L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tkeċċi lir-rikorrenti, kif ukoll li l-Fondazzjoni Ewropea tiġi kkundannata tħallas id-dannu materjali u morali subit mir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni ta’ tkeċċija ta’ M. Vandeuren, tat-23 ta’ Ottubru 2007, hija annullata.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 327, 20.12.2008, p. 44.
Full & Egal Universal Law Academy