28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/57
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-24 ta' Frar 2010 — P vs Il-Parlament
(Kawża F-89/08) (1)
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Parlament Ewropew - Tkeċċija - Telf ta’ kunfidenza)
2010/C 234/103
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: P (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr, A. Lukošiūtė u R. Ignătescu, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Minn naħa, annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li r-rikorrenti titkeċċa bi preavviż ta’ tliet xhur u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 44, 21.02.2009, p. 74
Full & Egal Universal Law Academy