9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/32
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Füller-Tomlinson vs Il-Parlament
(Kawża F-97/08) (1)
(Servizz pubbliku - Ex-membru tal-persunal temporanju - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Preġudizzju għall-integrità fiżika u psikika - Tul tal-proċedura ntiża għar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda)
2010/C 274/48
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Paulette Füller-Tomlinson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)
Suġġett tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sehem ta’ invalidità permanenti parzjali imputabbli tar-rikorrenti għall-oriġini professjonali tal-marda għal 20 %, kif ukoll, sussidjarjament, il-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrenti.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Füller-Tomlinson hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 44, 21.02.2009 p. 76.
Full & Egal Universal Law Academy