5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/52
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ April 2010 — Angelidis vs Il-Parlament
(Kawża F-104/08) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pożizzjoni vakanti - Eżekuzzjoni ta’ sentenza li tannunulla d-deċiżjoni ta’ ħatra - Avviż ġdid ta’ pożizzjoni vakanti - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ prospetti għall-karriera - Trattament ugwali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Abbuż ta’ poter”)
2010/C 148/92
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Angel Angelidis (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat]
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u S. Seyr, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Minn naħa, annulament tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti Nru 12564 dwar il-pożizzjoni ta’ Direttur tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Interna tal-Unjoni — Direttorat D, Affarijiet Baġitarji tal-Parlament Ewropew, kif ukoll tal-proċedura ta’ reklutaġġ mibdija b’dan l-avviż. Min-naħa l-oħra, deċiżjoni li tiġi miċħuda l-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ Direttur tal-Affarijiet Baġitarji tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Interna u li jinħatar għal din l-istess pożizzjoni kandidat ieħor. Fl-aħħar nett, talba għall-kumpens għad-dannu morali u materjali mġarrab mir-rikorrent u għall-ħatra tiegħu fil-grad ta’ Direttur “ad personam”.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas is-somma ta’ EUR 1 000 lil A. Angelidis.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u terz tal-ispejjeż ta’ A. Angelidis.
(4)
A. Angelidis għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 44, 21.02.1009, p. 77.
Full & Egal Universal Law Academy