15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/72
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-27 ta' Ġunju 2008 — Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri
(Kawża F-1/08) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 35(1)(e) tar-Regoli tal-Proċedura - Espożizzjoni tal-motivi u ta' l-argumenti - Terminu għall-kontestazzjoni - Inammissibbiltà manifesta)
(2008/C 209/133)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avocat)
Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat ta' l-Appell li ma jippromwovix lir-rikorrent għall-grad A*11 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2005 u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.
2)
B. Nijs huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008, p. 68.
Full & Egal Universal Law Academy