21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/64
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-3/08 (1))
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rijfut ta’ istituzzjoni li tittraduċi deċiżjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)
2009/C 282/122
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li ma tiġix tradotta nota fil-lingwa magħżula mir-rikorrent — Talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ L. Marcuccio huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
(2)
L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(3)
L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta’ EUR 1 000.
(1) ĠU C 64, 08.03.2008, p. 68.
Full & Egal Universal Law Academy