19.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/43
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2009 — Aayhan et vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża F-10/08) (1)
(M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2009/C 312/70
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Laleh Aayhan (Strasbourg, Franza) u oħrajn (rappreżentant: R. Blindauer, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Mustapha-Pacha u R. Ignătescu, sussegwentement minn R. Ignătescu u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-25 ta’ Ottubru 2007, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-21 ta’ Ġunju 2007 għar-rikwalifikazzjoni tal-kuntratti kollha għal żmien fiss li kellhom ma din l-istituzzjoni f’kuntratt wieħed għal żmien mhux determinat.
Dispożittiv tad-digriet
(1)
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F 10/08, Aayhan et vs Il-Parlament Ewropew.
(2)
Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 64, 08.03.2008, p. 70
Full & Egal Universal Law Academy