22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/52
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Buschak vs EUROFOUND
(Kawża F-47/08) (1)
(“Servizz pubbliku - Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol - Deskrizzjoni tal-impjieg ta’ viċi direttur - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta”)
2010/C 134/87
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Willy Buschak (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Levi u C. Ronzi, avukati, sussegwentement minn L. Levi, avukat)
Konvenuta: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (rappreżentanti: C. Callanan, solicitor)
Suġġett
Servizz pubbliku — L-annullament tad-deċiżjoni li temenda d-deskrizzjoni tal-impjieg tar-rikorrent u l-kundanna tal-konvenuta sabiex tikkumpensah għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
W. Buschak huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 171, 5.7.2008, p. 52.
Full & Egal Universal Law Academy