21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/65
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 — De Britto Patricio-Dias vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-56/08) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sistema konġunta ta’ assigurazzjoni kontra l-mard - Kopertura primarja tat-tfal dipendenti mis-sistema komuni ta’ assigurazzjoni kontra l-mard - Nuqqas ta’ lment - Inammissibbiltà manifesta)
2009/C 282/123
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: De Britto Patricio-Dias (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Massaux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, agents)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jkun jista’ jibbenefika mill-assigurazzjoni primarja għal uliedu.
Dispożittiv tad-digriet
(1)
Ir-rikors ta’ J. De Britto Patricio-Dias huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli
(2)
J. De Britto Patricio-Dias huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 15.08.2008 p. 74.
Full & Egal Universal Law Academy