21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/65
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 — Sevenier vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-62/08) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Tmiem definittiv tal-funzjonijiet - Riżenja - Talba għall-irtirar)
2009/C 282/124
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Roberto Sevenier (Pariġi, Franza) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent għall-irtirar tar-riżenja tiegħu u sabiex il-każ tiegħu jitressaq quddiem il-Kumitat tal-Invalidità u, għaldaqstant, it-talba għar-reintegrazzjoni tar-rikorrent fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea bil-kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera mid-data tar-riżenja tiegħu.
Dispożittiv tad-digriet
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
R. Sevenier huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(3)
Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent.
(4)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu relatati mat-talba għal intervent.
(1) ĠU C 247, 27.09.2008 p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy