27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/28
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 — Christoph et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-63/08) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal mhux permanenti - Artikoli 2, 3a u 3b tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Membri tal-persunal temporanju - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Tul tal-kuntratt - Artikoli 8 u 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ April 2004, dwar il-perijodu massimu ta’ impjieg ta’ persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tal-Kummissjoni - Direttiva 1999/70/KE - Applikabbiltà għall-istituzzjonijiet)
2013/C 123/50
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Eugen Christoph et (Leggiuno, l-Italja) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti kovenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti, sussegwentement minn M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-impjieg tar-rikorrenti sa fejn il-perijodu tal-kuntratt tagħhom jew tat-tiġdid tiegħu huwa limitat għal żmien determinat
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
(2)
Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż u għandhom ibatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 247, 27.9.2008, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy