21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/74
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 — Nijs vs Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
(Kawża F-64/08) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 35(1)(e) tar-Regoli tal-Proċedura - Sunt tal-motivi mressqa fir-rikors - Proċedura ta' evalwazzjoni - Nomina tal-evalwatur u l-validatur - Nuqqas ta' att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà manifesta)
(2009/C 44/130)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Rollinger u A. Hertzog, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li tinnomina l-evalwatur u l-validatur tar-rikorrent u t-talba għal kumpens għad-dannu subit wara l-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
B. Nijs huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 247, 27.9.2008, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy