15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/35
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Ketselidis vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-72/08) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikorsi - Ilment amministrattiv imressaq qabel - Risposta temporanja - Żball skużabbli - Nuqqas - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda - Ilment tardiv - Inammissibbiltà - Sentenza mogħtija minn qorti Komunitarja - Fatt ġdid sostanzjali - Assenza)
2009/C 193/58
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Michalis Ketselidis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrent fir-rigward tar-reviżjoni tal-kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta jsir it-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni miksuba fil-Greċja lejn l-iskema Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
M. Ketselidis huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 272, 25.10.2008, p. 51
Full & Egal Universal Law Academy