21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/74
Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-17 ta' Diċembru 2008 — Wenig vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-80/08 R)
(Servizz pubbliku - Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni li tissospendi l-persuna kkonċernata mill-funzjonijiet tagħha - Urġenza - Nuqqas)
(2009/C 44/131)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Fritz Harald Wenig (Woluwé-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: G.-A. Dal, D. Voillemot, D. Bosquet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tat-18 ta' Settembru 2008, li permezz tagħha, il-Kummissjoni tissospendi lir-rikorrent u tordna li tinżamm is-somma ta' EUR 1 000 fix-xahar mir-remunerazzjoni tiegħu għall-perijodu massimu ta' sitt xhur.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma riżervati.
Full & Egal Universal Law Academy