30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/78
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-94/08) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Eżekuzzjoni ta’ sentenza - Rimbors tal-ispejjeż - Intenzjoni tal-amministrazzjoni li tnaqqas il-benefiċċju ta’ invalidità tal-uffiċjal - Nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju - Rikors għal kumpens - Inammissibbiltà manifesta)
2010/C 24/147
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li titlob l-ispejjeż għall-Kawża T-241/03, kif ukoll talba għall-kumpens tad-dannu subit mir-rikorrent minħabba dan il-fatt.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ L. Marcuccio huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 6, 10.01.2009, p. 46
Full & Egal Universal Law Academy