8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/69
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2008 — M. Peter Schönberger vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża F-7/08)
(2008/C 64/114)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: M. Peter Schönberger (il-Lussemburgu, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jagħtix lir-rikorrenti it-tielet punt ta' mertu fil-kuntest tar-rapport tiegħu għas-sena 2003.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut, tal-15 ta' Jannar 2007, li r-rikorrent ma jingħatax it-tielet punt ta' mertu fil-kuntest tar-rapport tiegħu għas-sena 2003 u tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut, tas-16 ta' Ottubru 2007, li ċaħdet l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tal-15 ta' Jannar 2007;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy