12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/51
Rikors ippreżentat fil-25 ta' Jannar 2008 — Jörg Mölling vs Europol
(Kawża F-11/08)
(2008/C 92/104)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Jörg Mölling (L-Aja, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)
Konvenut: Europol
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Europol ta' l-10 ta' Ottubru 2007 li ma tħallix lir-rikorrent jipparteċipa fil-proċedura ta' selezzjoni għall-kariga ta' “First officer” fit-taqsima “drogi”, kif ukoll tad-deċiżjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 li tiċħad l-ilment tiegħu.
Talbiet tar-rikorrent
—
Tannulla d-deċiżjoni ta' l-Europol ta' l-10 ta' Ottubru 2007 li ma tħallihx jipparteċipa fil-proċedura ta' selezzjoni għall-kariga ta' “First officer” fit-taqsima “drogi”, kif ukoll tad-deċiżjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 li tiċħad l-ilment tiegħu;
—
tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy