12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/51
Rikors ippreżentat fit-8 ta' Frar 2008 — Wiame vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-15/08)
(2008/C 92/105)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Valérie Wiame (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-bord ta' l-eżaminaturi tal-kompetizzjoni EPSO/AST/7/05 li tagħti lir-rikorrenti marka insuffiċjenti sabiex tiġi inkluża fil-lista ta' riżerva
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-bord ta' l-eżaminaturi fil-kompetizzjoni EPSO/AST/7/05 li tagħti lir-rikorrent marka insuffiċjenti għall-inklużjoni tagħha fil-lista tal-kandidati magħżula;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy