12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/51
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2008 — Ritto vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-18/08)
(2008/C 92/106)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Luis Ritto (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: J. Deliens u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra ta' l-14 ta' Mejju 2007 li rrevokat il-benefiċċju tal-familja tar-rikorrent mill-1 ta' Settembru 2001 u li talbet il-ħlas lura ta' pagamenti żejda magħmula wara din id-data u l-annullament tad-deċiżjonijiet kollha li tnisslu minnha.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra ta' l-14 ta' Mejju 2007, u dawk kollha li tnisslu minnha;
—
tannulla, jekk ikun meħtieġ, id-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy