9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/34
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Frar 2008 — Valero Jordana vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-25/08)
(2008/C 116/66)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Gregorio Valero Jordana (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. van der Woude, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta' April 2007 safejn din ma tat lir-rikorrent l-ebda punt ta' prijorità supplementari fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2003.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tas-17 ta' April 2007 safejn din ma tat lir-rikorrent l-ebda punt ta' prijorità supplementari fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2003;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' kumpens ta' EUR 5 000;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy