19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/35
Rikors ippreżentat fit-28 ta' Mejju 2008 — Bouillez et vs Il-Kunsill
(Kawża F-53/08)
(2008/C 183/70)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiiż
Partijiet
Rikorrenti: Vincent Bouillez (Overijse, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjonijiet ta' l-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma jiġux promossi għall-grad AST 7 għall-proċedura ta' promozzjoni ta' l-2007.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjonijiet ta' l-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma jiġux promossi għall-grad AST 7 għall-proċedura ta' promozzjoni ta' l-2007 (sessjoni 2007) u, jekk ikun meħtieġ, id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, għall-istess proċedura ta' promozzjoni, lill-uffiċjali li l-ismijiet tagħhom jinsabu fil-lista ta' dawk promossi ppubblikata fis-CP (Avviż lill-persunal) Nru 136/07 tas-16 ta' Lulju 2007 li għamlu xogħol li kien jinvolvi responsabbiltà ta' livell inferjuri għal tagħhom;
—
tikkundanna lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy