2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/37
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ġunju 2008 — Palazzo vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-57/08)
(2008/C 197/72)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Armida Palazzo (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Minn naħa, id-dikjarazzjoni ta' l-illegalità ta' l-Artikolu 4 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u, min-naħa l-oħra, l-annnuallment tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra dwar il-kalkolu tas-snin pensjonabbli akkwistati mir-rikorrenti bħala aġent lokali.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li l-Artikolu 4 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej huwa illegali;
—
tannulla d-deċiżjoni ta' l-24 ta' Ottubru 2007 ta' l-Awtorità tal-Ħatra dwar il-kalkolu tas-snin pensjonabbli akkwistati mir-rikorrenti bħala aġent lokali;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy