27.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 247/26
Rikors ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2008 — De Smedt et vs Il-Parlament
(Kawża F-66/08)
(2008/C 247/53)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Emile De Smedt (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjonijiet individwali ta' l-Awtorità tal-Ħatra li jiċħdu lir-rikorrenti l-allowances għal xogħol bix-xift imsemmijin fl-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1873/2006, tal-11 ta' Diċembru 2006, li jemenda r-Regolament Nru 300/76 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom, u l-allowances imsemmijin fl-Artikolu 56b tar-Regolamenti tal-Persunal skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1945/2006, tal-11 ta' Diċembru 2006, li jemenda r-Regolament Nru 495/77 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali li jkunu ntitolati għal, u l-kondizzjonijiet għal, u r-rati ta', allowances għal xogħol regolari ta' stand-by.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjonijiet individwali ta' l-Awtorità tal-Ħatra li jiċħdu lir-rikorrenti l-allowances għal xogħol bix-xift imsemmijin fl-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1873/2006, tal-11 ta' Diċembru 2006, li jemenda r-Regolament Nru 300/76 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom;
—
tannulla d-deċiżjonijiet individwali ta' l-Awtorità tal-Ħatra li jiċħdu lir-rikorrenti l-allowances imsemmijin fl-Artikolu 56b tar-Regolamenti tal-Persunal skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1945/2006, tal-11 ta' Diċembru 2006, li jemenda r-Regolament Nru 495/77 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali li jkunu ntitolati għal, u l-kondizzjonijiet għal, u r-rati ta', allowances għal xogħol regolari ta' stand-by;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy