21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/76
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2008 — Füller-Tomlinson vs Il-Parlament
(Kawża F-97/08)
(2009/C 44/136)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Paulette Füller-Tomlinson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sehem ta' invalidità permanenti parzjali imputabbli għall-oriġini professjonali tal-marda għal 20 %, kif ukoll, sussidjarjament, il-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta' somma bħala kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrenti
Talbiet tar-rikorrenti
—
Jannulla d-deċiżjoni tad-9 ta' April 2008 tal-Kap tal-Unità Pensjonijiet u Assigurazzjonijiet soċjali, li tistabbilixxi, fl-Artikolu 3 tagħha, is-sehem ta' invalidità permanenti parzjali imputabbli għall-oriġini professjonali tal-marda għal 20 %;
—
sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tal-ilment;
—
sussidjarjament, jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta' somma ta' EUR 12 000 bħala kumpens għad-dannu morali;
—
jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy