21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/77
Rikors ippreżentat fit- 8 ta' Diċembru 2008 — Pappas vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-101/08)
(2009/C 44/138)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Spyros A. Pappas (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: L. Barattini, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Likwidazzjoni tad-drittijiet individwali li tiffissa d-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tar-rikorrent u l-kalkolu tan-numri ta' snin li għandhom jitqiesu għall-iffissar ta' dawn id-drittijiet.
Talbiet tar-rikorrent
—
Tannulla d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Likwidazzjoni tad-drittijiet individwali tas-6 ta' Frar 2008 li jiffissaw id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tar-rikorrent, kif ukoll id-deċiżjonijiet tat-22 ta' Frar 2003 u tas-27 ta' Frar 2003 li jiddeterminaw in-numru ta' snin li għandhom jitqiesu għall-iffissar tad-drittijiet għall-pensjoni;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy