21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/77
Rikors ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2008 — Katrakasas vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-103/08)
(2009/C 44/139)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Nicolas Katrakasas (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi, M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08 li tirrifjuta li tinkludi lir-rikorrent fil-lista tal-kandidati li ġew aċċettati sabiex jagħmlu l-eżamijiet bil-miktub tal-kompetizzjoni, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha meħuda wara din id-deċiżjoni, inklużi l-lista ta' riżerva u d-deċiżjonijiet ta' ħatra kollha.
Talbiet tar-rikorrent
—
Jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08, tat-23 ta' Settembru 2008, li tirrifjuta li tinkludi lir-rikorrent fil-lista tal-kandidati li ġew aċċettati sabiex jagħmlu l-eżamijiet bil-miktub;
—
jannulla d-deċiżjonijiet kollha meħuda wara d-deċiżjoni tat-23 ta' Settembru 2008, inklużi l-lista ta' riżerva u d-deċiżjonijiet ta' ħatra kollha;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy