18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-1/08 INTP) (1)
((“Proċedura - Interpretazzjoni ta’ sentenza”))
(2016/C 016/32)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Buczek Automotive sp. z o.o. (Sosnowiec, il-Polonja) (rappreżentant: J. Jurczyk, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, A. Stobiecka-Kuik u T. Maxian Rusche, aġenti)
Parti intervenjanti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: A. Jasser, aġent)
Suġġett
Talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tas-17 ta’ Mejju 2011, Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni (T-1/08, Ġabra, EU:T:2011:216).
Dispożittiv
1)
Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011, Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni (T-1/08, Ġabra, EU:T:2011:216), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/344/KE, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/06 (ex NN 35/06) li l-Polonja implementat għall-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group (ĠU 2008, L 116, p. 26) huwa annullat b’effett erga omnes.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
L-oriġinal ta’ din is-sentenza huwa anness mal-oriġinal tas-sentenza interpretata u fil-marġni ta’ dan l-oriġinal isir notament ta’ din is-sentenza.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy