18.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/26
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Marzu 2009 – Piccoli vs UASI (Forma ta’ arzella)
(Kawża T-8/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ arzella - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94”)
2009/C 90/41
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: G. M. Piccoli Srl (Alzano Lombardo, l-Italja) (rappreżentanti: S. Giudici u S. Caselli, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Settembru 2007 (Każ R 530/2007-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali li jikkonsisti fil-forma ta’ arzella bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
G. M. Piccoli Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008
Full & Egal Universal Law Academy