28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — M vs EMA
(Kawża T-12/08 P-RENV-RX) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Eżami mill-ġdid tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali - Kawża fi stat li tiġi deċiża)
2010/C 234/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: M (Browburne, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Appellata: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, bħala aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tad-19 ta’ Ottubru 2007, M vs EMEA (F-23/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
Il-kawża għandha tiġi rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea sabiex dan jiddeċiedi dwar it-talbiet għal kumpens għad-dannu morali allegatament subit minn M.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 64, 08.03.2008.
Full & Egal Universal Law Academy