15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/20
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Perfetti Van Melle vs UASI — Cloetta Fazer (CENTER SHOCK)
(Kawża T-16/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali CENTER SHOCK - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CENTER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2009/C 193/31
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Perfetti Van Melle SpA (Lainate, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Cloetta Fazer AB (Ljungsbro, l-Iżvezja) (rappreżentanti: inizjalment J. Runsten u S. Sparring, sussegwentement M. Treis, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Novembru 2007 (Każ R 149/2006-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Cloetta Fazer AB u Perfetti Van Melle SpA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Perfetti Van Melle SpA hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 64, 8.3.2008
Full & Egal Universal Law Academy