7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/62
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Evets vs UASI (DANELECTRO u QWIK TUNE)
(Kawżi magħquda T-20/08 u T-21/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Trade marks Komunitarji verbali DANELECTRO u figurattiva QWIK TUNE - Nonosservanza tat-terminu għall-preżentata ta’ talba għat-tiġdid tat-trade marks - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Reformatio in pejus - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Artikolu 61(2), it-tieni sentenza tal-Artikolu 73, u l-Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 63(2), it-tieni sentenza tal-Artikolu 75, u l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 267/110
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evets Corp. (Irvine, Kalifornja, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Ryan, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Novembru 2007 (Każijiet R 603/2007-4 u R 604/2007-4), relatati ma’ applikazzjoni għal restitutio in integrum ippreżentata mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Evets Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 64 8.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy