1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/41
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Weldebräu vs UASI — Kofola Holding (Forma ta’ flixkun b’għonq spirali)
(Kawża T-24/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ flixkun b’għonq spirali - Trade mark Komunitarja tridimensjonali preċedenti li tikkonsisti fil-forma ta’ flixkun b’għonq spirali - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 113/64
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Weldebräu GmbH & Co. KG (Plankstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kofola Holding a.s. (Ostrava, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: S. Hejdová u R. Charvát, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Novembru 2007 (Każ R 1096/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Weldebräu GmbH & Co. KG u Kofola Holding a.s.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Weldebräu GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy