29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/34
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Mars vs UASI — Ludwig Schokolade (forma ta’ ċikkulata [chocolate bar])
(Kawża T-28/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ ċikkulata - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009] - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009] - Dritt għal smigħ - Artikoli 73 u 74 tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 75 u 76 tar- Regolament Nru 207/2009]”)
2009/C 205/61
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mars, Inc. (McLean, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Bryson, barrister, u G. Mills, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Ludwig Schokolade GmbH & Co. KG (Bergisch Gladbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Knitter u R. Jacobs, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Ottubru 2007, (Każ R 1325/2006-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ludwig Schokolade GmbH & Co. KG u Mars, Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mars, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 92, 12.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy